STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Carm Mifsud Bonnici fl-intervent li għamel fil-Parlament illejla ma ċaħadx u ma spjegax għalfejn meta kien Ministru waqqaf milli jittieħdu passi dixxiplinari kontra uffiċjali tad-detenzjoni li nstabu ħatja ta’ negliġenza fil-każ li wassal għall-mewt ta’ persuna Niġerjana Infeanyi Nwokoye.
L-istess kelliem tal-Oppożizzjoni kkonferma wkoll li l-Gvern Nazzjonalista li tiegħu kien il-Ministru, żamm milli jiġu ppubblikati żewġ inkjesti dwar imwiet ta’ żewġ persuni. Dawn l-inkjesti sabu ħtijiet u nuqqasijiet gravi u li tagħhom, sal-lum għadu ħadd ma refa’ responsabbilta’ politika. Iktar minn hekk, kompla jitfa’ l-ħtija fuq il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien għax ma ppubblikax it-tieni rapport ta’ inkjesta.
Carm Mifsud Bonnici għadu sal-lum, kif għamel meta kien Ministru fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista, jaħsel idejh minn dawn in-nuqqasijiet serji u mill-iktar gravi u jaħrab għal kollox milli jerfa’ xi forma ta’ responsabbilità.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni issa għandu test u kejl ċar fuqxiex jimxi. Se naraw issa jekk hux se jġiegħel lill-eks Ministru jerfa’ r-responsabbiltà hu dwar dan il-każ.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046