Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA' MALTA

pr142888
Date Icon 10/12/2014

Żieda fil-produzzjoni industrijali matul Ottubru

F’Ottubru li għadda l-produzzjoni industrijali f’pajjiżna żdiedet b’0.7% meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li dan it-titjib jirrifletti tkabbir sostanzjali fil-produzzjoni ta’oġġetti ta’ konsum u dawk kapitali.

It-titjib fil-produzzjoni industrijali kien rifless ukoll fi statistika oħra li ħarġet l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għal Ottubru, iġifieri dik fuq l-esportazzjoni. Matul Ottubru filfatt l-esportazzjoni żdiedet għal €335 miljun, minn €243 miljun fl-istess xahar tas-sena ta’ qabel. Din iż-żieda kienet mifruxa fuq diversi setturi tal-manifattura, fosthom is-settur tal-ikel, xorb u tabakk, materja prima, żjut u kimika u farmaċewtici.

Dawn ir-riżultati huma konsistenti mal-ottimiżmu li qed jintwera minn azjendi industrijali fl-istħarriġ li jsir regolarment mill-Kummissjoni Ewropea f’pajjiżna. Il-maġġoranza tal-operaturi qed jaraw tisħiħ fil-produzzjoni tagħhom u dan se jwassalhom biex ikomplu jżidu l-ħaddiema magħhom. Wara li fil-ħames snin ta’ qabel, kien hemm telf ta’ impjieg kuljum fil-manifattura, tul din l-amministrazzjoni kien hemm żieda ta’ impjieg kull jumejn.

Bil-miżuri mħabbra fil-Budget 2015, inkluż ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma u l-istabbilità fil-prezzijiet tal-fuel, il-Gvern se jkompli jibni fuq dawn ir-riżultati pożittivi biex idawwar id-direzzjoni fis-settur industrijali wara snin ta’ staġnar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow