Left arrow Go Back

JITNIEDA L-EWWEL NGO HUB FIL-BELT VALLETTA GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET VOLONTARJI

PR142866
Date Icon 06/12/2014

Kmieni s-sena d-dieħla l-gvern se jkun qed iniedi ċentru ieħor għall-NGOs fil-Qawra filwaqt li f’Marsaxlokk se jkun qed jibda x-xogħol fuq it-tielet ċentru li se jservi lin-nofsinhar ta’ Malta

Ilbieraħ filgħaxija fil-Belt Valletta kien inawgurat l-ewwel NGO Hub għall-Organizzazzjonijiet Volontarji mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli.

Dan iċ-ċentru tal-volontarjat huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna u se jkun qed joffri spazju fejn organizzazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jiltaqgħu u anke jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien.

Permezz ta’ dan il-proġett il-gvern qed iwettaq wegħda elettorali oħra li joffri spazju għall-organizzazzjonijiet volontarji u jassistihom fil-ħidma tagħhom b’risq is-soċjetà ċivili u l-volontarjat.

F’diskors li għamlet, il-Ministru Helena Dalli fissret kif bit-tnedija ta’ dan iċ-ċentru, il-gvern qed jikkonferma l-impenn tiegħu għat-tisħiħ tas-settur tal-volontarjat. Semmiet kif għat-tieni sena konsekuttiva, il-gvern sostna l-vot lill-Kunsill tal-Volontarjat u qed jalloka €260,000 għas-sena li ġejja.

Dr Dalli fissret kif din is-sena tħarrġu mal-200 amministratur ta’ organizzazzjonijiet volontarji kif ukoll ingħata appoġġ fuq bażi ta’ one to one lil aktar minn 30 organizzazzjoni permezz ta’ esperti fis-setturi diversi. Kienu wkoll finanzjati 24 proġett taħt l-iskema ‘Small Initiative Support Scheme’ filwaqt li l-kunsill organizza 8 korsijiet tal-ewwel għajnuna.

Il-Ministru Dalli ħabbret ukoll it-tnedija tal-iskema ta’ xogħol volontarju għaż-żgħażagħ b’allokazzjoni ta’ €200,000. Din l-iskema li se tkun amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat se toffri opportunità ġdida liż-żgħażagħ biex jiskopru l-valur tas-servizz volontarju kif ukoll se  tgħin biex trawwem sens ta’ komunità u ċittadinanza attiva. Iż-żgħażagħ se jkunu mgħejjuna wkoll biex itejbu l-ħiliet tagħhom u l-prospetti ta’ impjieg.

Dr Dalli qalet li mill-iskema se jibbenefikaw ukoll l-organizzazzjonijiet volontarji nfushom. Se nkunu qed niġbdu liż-żgħażagħ lejn il-volontarjat u b’hekk titrawwem ġenerazzjoni żagħżugħa fil-qasam volontraju b’ideat ġodda.

Il-Ministru Dalli semmiet kif kmieni s-sena d-dieħla mistenni jinfetaħ it-tieni ċentru fil-Qawra li se jkun lokalizzat biswit iċ-Ċentru Leap minn fejn jingħataw bosta servizzi fil-komunità filwaqt li għandu jibda wkoll ix-xogħol fuq il-bini tat-tielet ċentru tal-volontarjat f’Marsaxlokk.

Dr Dalli spjegat kif il-jum li fih qed ikun inawgurat dan iċ-ċentru għandu sinifikat partikolari hekk kif il-5 ta’ Diċembru huwa l-jum magħżul min-Nazzjonijiet Magħquda bħala l-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow