Left arrow Go Back

INTRODOTT KORS ĠDID TA’ MASTERS FIL-FINE ARTS FL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA

pr142856
Date Icon 05/12/2014
F’Ottubru 2014 ġie introdott għall-ewwel darba fl-Università ta’ Malta kors f’livell ta’ Masters fil-Fine Arts.  
Dan il-programm, immexxi minn Dr Giuseppe Schembri Bonaci,  hu bbażat fuq parteċipazzjoni attiva mill-istudenti, kif ukoll riċerka u produzzjoni b’mod regolari ta’ xogħlijiet artistiċi.

Il-punt fokali tal-kors jinkludi sessjonijiet prattiċi għall-istudenti, fi spazji fi ħdan l-Università ta’ Malta, partikolarment dik l-antika fil-Belt Valletta, b’mod li jinkoraġġixxi  flessibilità artistika u  relazzjonijiet produttivi bejniethom.

Il-programm jinkludi wkoll sessjonijiet ta’ kritika fi gruppi u tutorials, kemm individwali kif ukoll kollettivi. 

Minbarra dan, qed jiġu mistiedna numru ta’ akkademiċi  lokali u barranin, u artisti minn oqsma differenti biex imexxu s-sessjonijiet mal-istudenti u jqanqlu diskussjonijiet.  L-istudenti diġà kellhom il-possibilità li jaħdmu ma’ artisti Franċiżi, Ingliżi, Ġermaniżi u anka Awstraljani.

Dan il-progamm jipprovdi opportunitajiet lill-istudenti sabiex jikkonfermaw il-kapaċità li jifhmu  r-relazzjoni integrali bejn il-kunċett, il-proċess u r-realizzazzjoni tax-xogħol artistiku. 

Fost affarijiet oħra, l-istudenti huma mħeġġa biex jirriċerkaw b’mod analitiku aspetti storiċi, teoretiċi u prattiċi  fil-produzzjonijiet tax-xogħlijiet artistiċi; jiksbu għarfien professjonali tad-disinn u l-arti kontemporanja;  u jirriflettu b’mod kritiku u janalizzaw ix-xogħlijiet tagħhom infushom u jiddiskutuhom f’kuntest artistiku.

Min jiggradwa minn dan il-kors għandu quddiemu firxa sħiħa ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi professjonali, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li s-settur kreattiv hu wieħed mis-setturi b’rata mgħaġġla ta’ tkabbir fix-xena internazzjonali.

Dan il-kors huwa maħsub għal individwi b’talent artistiku u kreattiv li diġà  huma gradwati  f’numru ta’ oqsma, mill-istudji umanistiċi sa dawk tax-xjenza.  

Il-kors jimpenja ruħu wkoll li joħloq relazzjoni ma’ sferi artistiċi oħra, fosthom it-teatru, il-fotografija, l-installazzjoni u li joħloq ukoll relazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ sferi differenti fosthom l-Orkestra Filarmonika, id-Dipartiment tad-Danza u Arti Performattiva fi ħdan l-Università ta’ Malta u ma’istituzzjonijiet oħra fil-kamp artistiku.

Dan il-kors jgħaqqad mal-ħsieb muri fil-Manifest Elettorali tal-gvern li jżewweġ flimkien it-tagħlim akkademiku ma’ dak kritiku u prattiku.  Din hija wegħda oħra mwettqa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow