STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia indirizza konferenza organizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi u l-Ħarsien Soċjali li matulha kien ippreżentat ir-rapport bijennali tal-istess Fondazzjoni.
Il-Ministru Farrugia qal illi s-servizzi fil-komunità huma waħda mill-iktar affarijiet għal qalbu u li jrid jiffoka fuqhom sabiex jara li kull persuna li tkun fil-bżonn issib dak is-servizz li teħtieġ. Huwa ħabbar illi bħalissa għaddej xogħol impenjattiv sabiex id-day centre tal-Imtarfa ikun renovat u mmodernizzat ħalli fih jilqa’ ukoll persuni li għandhom challenging behaviour.
Semma’ illi permezz ta’ ċentri ta’ dan it-tip, filwaqt li l-persuni li jużaw is-servizz ikunu integrati, ikunu wkoll qed jieħdu taħriġ meħtieġ li jiswihom biex isibu impjieg. Il-Ministru Farrugia qal li dawn iċ-ċentri għandhom iservu bħala għodda li jwasslu lil individwu sad-dinja tax-xogħol.
Michael Farrugia tkellem ukoll dwar il-ħtieġa illi s-social workers ikollhom career progression iżda li jibqgħu b’kuntatt mal-persuni. Huwa qal illi ix-xogħol fuq il-liġi tas-Social Workers miexi b’ritmu mgħaġġel fejn fost il-bidliet pjanati hemm illi is-social workers ikunu meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi.
“Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali hija entità li m'għandiex bażi legali u għalhekk huwa mistenni illi sas-sena d-dieħla dan ikun lest u b’hekk ikun hemm sistema ġdida li tara lir-riżorsi jkunu eżawriti bl-aħjar mod u fl-istess hin jibqgħu jingħataw is-servizzi u jiżdiedu il-ġodda,” tenna il-Ministru Farrugia.
Il-Ministru Farrugia semma l-presenza tiegħu fil-laqgħa ġewwa l-Kunsill tal-Ewropa organizzata mill-Pompidou Group, li matulha ħareġ ċar kif pajjiżna miexi fuq l-istess binarji bħal pajjiżi Ewropej dwar id-dikriminalizazzjoni tad-droga filwaqt li jkun iebes mat-traffikanti.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046