Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN GEORGE W. VELLA JINDIRIZZA L-KUNSILL MINISTERJALI TAL-ORGANIZZAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ U L-KOOPERAZZJONI FL-EWROPA

pr142841
Date Icon 04/12/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W. Vella llum indirizza l-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, li qed issir f’Basel, l-Isvizzera.

Il-Ministru Vella qal li l-kriżi fl-Ukrajna għandha konsegwenzi politiċi u umanitarji kbar u qed ikollha effett kbir fuq is-sigurtà fir-reġjun u lil hinn mill-Ewropa, imma wriet il-potenzjal ta’ din l-organizzazzjoni. Il-Ministru Vella qal li s-soluzzjoni trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji demokratiċi u rispett lejn il-liġijiet, l-integrità territorjali u s-sovranità, kif ukoll djalogu kostruttiv u b’rispett.

Il-Ministru Vella kompla li minħabba l-qagħda ġeo-strateġika tagħha fin-nofsinhar tal-Ewropa, Malta tfittex li jkollha politika barranija Mediterranja proattiva u tippromwovi s-sigurtà u l-kooperazzjoni fil-Mediterran f’kull okkażjoni li jkollha, kif għamlet aktar kmieni din is-sena meta kellha l-Presidenza tal-Forum for Security Cooperation.

Il-Ministru Vella appella għal djalogu iktar qawwi mal-Mediterranean Partners for Cooperation, kif ukoll ma’ pajjiżi li għadhom mhumiex Partners imma li huma importanti f’dan il-proċess. Il-Ministru Vella appella lill-OSCE biex tibqa’ żżomm lill-Mediterran bħala prijorità.

Matul il-ġurnata, fost oħrajn, indirizzaw il-Konferenza wkoll is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry, u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna, Spanja u l-Greċja.

pr142841a.pdfpr142841a.pdf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow