STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERGIJA U SAĦĦA
L-Oppożizzjoni tinqabad f’kontradizzjoni
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista nqabdet f’kontradizzjoni ċara sforz l-inkompetenza fil-qasam tal-enerġija meta qed tgħid li m’hemm l-ebda obbligu fuq il-Gvern biex jalloka fondi lill-operatur prinċipali tal-elettriku biex iżomm kapaċità ta’ riserva, u fl-istess nifs qed tgħid li dan l-arranġament ilu mill-2006.
Ir-realtà hija li dan huwa Gvern serju li minn din is-sena daħħal sistema ta’ accounting fuq l-obbligazzjonijiet tal-Enemalta li hija differenti minn kif Gvern Nazzjonalista kien alloka €30 miljun lill-Enemalta fl-aħħar sena tal-leġislatura l-oħra.
Minn din is-sena fuq il-feed-in-tariff tal -energija rinnovabbli l-Gvern ser ikun qed jirrifondi lill-Enemalta biss id-differenza bejn l-ispiża tal-ġenerazzjoni ta’ unit elettriku u din il-feed-in-tariff. Kieku l-Gvern baqa jgħaddi lill-Enemalta l-ispiża totali kif kien jagħmel Gvern Nazzjonalista, l-ispiża totali tal-Gvern rigward obbligazzjonijiet lill-Enemalta għall-2015 kienet tilħaq €51 miljun. Bit-tkabbir fl-enerġija nadifa dan l-ammont kien jitla’ għal €70 miljun fis-sena fl-2020.
Din il-politika tal-Gvern preċedenti ma kienetx sostenibbli. Għaldaqstant l-Enemalta minn din is-sena ser tkun qed iġġorr piż ġdid kif xieraq.
Min naħa l-oħra hija ħrafa li l-€14-il miljun fuq security of supply li qed isemmi l-Kap tal-Oppożizzjoni huma xi forma ta’ sussidju. L-€14-il miljun huma fondi biex l-Enemalta tassigura li pajjiżna jkollu security of supply skont normi Ewropej u globali. Għalkemm pajjiżna se jkollu tlett operaturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-Enemalta għandha l-obbligu li topera riserva ta’ kapaċità biex tilqa’ għal kull eventwalità bħal qtugħ fil-provista tal-interconnector.
Dan l-ammont żdied għaliex l-akbar impjant mis-sena d-dieħla se jiżdied minn 60 megawatt għal 200 megawatt. Dan l-impjant huwa l-interconnector.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046