Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

PR142826
Date Icon 02/12/2014

Huwa ta' tħassib kbir li l-Kap tal-Oppożizzjoni llejla nqeda bil-privileġġ Parlamentari biex għamel attakk bla preċedent fuq il-ġudikatura f'pajjiżna.

Dan wara li ddeskriva l-inkjesta indipendenti li ħatar il-Prim Ministru bħala tentattiv ta' cover up.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni messu jaf sew li t-tliet eksġudikanti maħtura biex jinvestigaw igawdu reputazzjoni tajba ħafna u li dan l-attakk biex jaqdi l-aġenda partiġjana tiegħu huwa għalhekk bla preċedent u bla fundament.

Ta' min ifakkar li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu kull ċans li jappunta persuna li jrid hu biex tmexxi din l-inkjesta u rrifjuta li jagħmel dan.

‎Bid-dikjarazzjoni irresponsabbli tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni mhux biss qed jikkonferma n-negattività tiegħu iżda qed juri nuqqas kbir ta' ġudizzju fil-mumenti li jgħoddu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow