Left arrow Go Back

​​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA

PR142818
Date Icon 02/12/2014

B’referenza għal ċertu rapporti dwar il-Parlament il-ġdid, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jagħmilha ċara li d-disinn tal-proġett kien sa mill-bidu, u għadu sal-lum, taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċċju tal-perit Renzo Piano, Renzo Piano Building Workshop, li ħejjew il-pjanti tal-binja tal-Parlament il-ġdid inkluż is-siġġijiet u l-imwejjed li se jkunu qed jintużaw fil-Kamra tal-Deputati.

Meta f’Novembru tas-sena li għaddiet, Renzo Piano kien żar il-proġett, huwa talab lill-kuntratturi biex iħejju kampjun dwar kif ġejjin is-siġġijiet u l-iskrivaniji fil-Kamra tad-Deputati, liema eżerċizzju ġie spezzjonat minn Renzo Piano nnifsu.  

Il-GHRC, f'dak l-istadju, ma kienet tat ebda kunsens għal dak imħejji minn RPBW, peress li kwistjonijiet ta' disinn kienu mill-bidu fir-responsabbilita' ta' dan l-uffiċċju. 

Dan in-nuqqas seta’ jiġi individwat meta twaħħlu l-ewwel siġġijiet u kien evidenti li kien hemm diffikulta' f'dak disinjat u manifatturat skond l-istess disinji. Hemmhekk il-GHRC talbet l-uffiċċju ta' RPBW biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa.

Il-Perti Antonio Belvedere ġie Malta biex iħejji l-proposti tiegħu u anke kellu laqgħa kemm ma' uffiċjali tal-GHRC u mill-Kumitat Parlamentari dwar ix-Xogħol tal-Kamra. 

Min-naħa ta' RPBW, se jkunu qed jagħtu struzzjonijiet biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow