Left arrow Go Back

IT-TIBDIL FL-AMBJENT DINJI: OPPORTUNITÀ AKTAR MILLI THEDDIDA – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr142812
Date Icon 01/12/2014

Il-ħtieġa li l-bniedem iħares lejn it-tibdil kontinwu li qed iseħħ fl-ambjent dinji minn lenti ta’ opportunità aktar milli ta’ theddida tgħin ferm biex jegħleb l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom. Dan kien il-messaġġ pożittiv li l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, wassal fid-diskors tiegħu lill-Konferenza Internazzjonali dwar l-Implikazzjonijiet tat-Tibdil fl-Ambjent Dinji fuq is-Suq Ekonomiku u tax-Xogħol.

Il-Ministru Brincat sostna l-importanza ta’ atteġġjament pożittiv sabiex, waqt li jkunu konfrontati r-realtajiet tal-lum, tinħoloq sitwazzjoni ta’ opportunitajiet għal kulħadd. Semma kif, skont il-Grantham Institute, mhux minnu li t-tħaddir tar-regolamentazzjoni jdgħajjef il-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku, meta fil-fatt ikattar l-innovazzjoni kif ġara bosta snin ilu bl-introduzzjoni tal-IT.

Minflok lejn il-biża’, għandna nħarsu lejn l-opportunitajiet ta’ impjiegi li jista’ jkun hemm, kompla l-Ministru Brincat. Il-kwistjoni tat-tniġġis, pereżempju, għadha qed turi li r-regolamentazzjoni ġġib magħha mogħdijiet u prospetti ġodda ta’ impjiegi u titjib fis-saħħa pubblika.

Il-Ministru Brincat tkellem ukoll dwar il-ħidma internazzjonali fuq it-tibdil fil-klima u fuq kif it-titjib fil-klima jista’ jissarraf fi tkabbir u gwadann ekonomiku aqwa. Huwa semma l-ħtieġa li jkun hemm pjani prattiċi ta’ azzjoni u t-twettiq ta’ roadmap li fihom ikunu inkorporati mhux biss l-entitajiet nazzjonali, iżda anki l-awtoritajiet muniċipali u reġjonali, is-settur tal-kummerċ, il-komunitàjiet lokali u l-għaqdiet internazzjonali.

L-2015 għandha tkun sena importanti ferm fejn jidħlu l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, qal il-Ministru, hekk kif se jkunu qegħdin jiltaqgħu l-mexxejja dinjin sabiex jintlaħaq ftehim. Huwa kompla li s-settur korporattiv, anki f’Malta, ikompli jifhem aħjar u japprezza aktar l-opportunitajiet li jġibu magħhom dawn l-isfidi.

pr142812a.pdfpr142812a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow