Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JIKKUNDANNA ATT IEĦOR TA' MOĦQRIJA

PR142809
Date Icon 29/11/2014

Illum għall-ħabta tas-1.30pm, uffiċjali tad-Dipartiment tal-Animal Welfare ġew mgħarrfa b’telefonata li kien hemm kelba abbandunata fil-limiti tal-Ħandaq, u li kellha bżonn l-għajnuna immedjata tagħhom.

Kif waslu fuq il-post, l-uffiċjali sabu kelba li kienet maqfula fi xkora ta’ dqiq, b’rasha ġo borża tal-plastik. Wara li tneħħewlha l-affarijiet, il-kelba kienet għadha ħajja u ttieħdet immedjatament fl-isptar San Franġisk f’Ta’ Qali.

Skont l-ewwel informazzjoni, jidher li l-kelba kienet f’kundizzjoni gravi iżda stabbli.

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jikkundanna bla riżerva dan l-att ta’ krudeltà u moħqrija u diġà informa lill-pulizija. Filwaqt li l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha għaddejja, is-Segretarjat jappella biex kull min għandu xi informazzjoni relatata mal-każ hu mitlub jikkuntattja lill-Pulizija, jew lid-Dipartiment tal-Animal Welfare fuq il-freephone 1717.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow