Left arrow Go Back

AVVIŻ GĦALL-ISTAMPA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

PR142783mt
Date Icon 27/11/2014

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-pubbliku ġenerali li, għalkemm is-sezzjoni tal-karta tal-identità m’għadhiex fir-responsabbiltà tal-Uffiċċju Elettorali, xorta waħda l-applikazzjonijiet għar-rigward tar-reġistrazzjoni elettorali baqgħu jsiru flimkien mal-applikazzjonijiet tal-karta tal-identità.

Fil-fatt, kemm l-Uffiċċju tal-e-ID Cards f’Gattard House fil-Blata l-Bajda u d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza f’Evans Building, il-Belt Valletta, qed joħorġu u jaċċettaw formoli elettorali li kuljum jingħaddew lill-Uffiċċju Elettorali għall-ipproċessar u l-manteniment tar-reġistru elettorali.  Formoli elettorali jinkludu dawk li qed japplikaw l-ewwel darba kif ukoll għal dawk li bidlu l-indirizz residenzjali, kunjom jew xi dettall żgħir fuq il-karta tal-identità.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll li matul l-eżerċizzju ta’ tibdil ta’ karti tal-identità li qed isir f’kull lokalità, formoli elettorali jkunu maħruġin u aċċettati f’dawn il-lokalitajiet matul il-perjodu ta’ tiġdid fihom.

Iżda, f’każ ta’ diffikultà dwar reġistrazzjoni tal-vot, l-Uffiċċju Elettorali jilqa’ n-nies kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn is-07:30 u s-14:00; l-Erbgħa jerġa’ jiftaħ mit-15:00 sas-18:00 u s-Sibt bejn is-07:30 u l-11:00 fl-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, il-Belt Valletta, jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Talbiet bl-imejl għandhom jintbagħtu fuq electoral.office@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow