Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr142782
Date Icon 26/11/2014

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jqabbad lid-deputati tiegħu jirritornaw il-flus kollha li ħadu miż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa

Ir-reazzjoni fjakka tad-deputat Chris Said dwar iż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa, li ħadu l-eks Ministri u Segretarji Parlamentari fil-leġislatura li għaddiet, turi kemm l-Oppożizzjoni għadha qed tiddefendi din id-deċiżjoni li kienet ittieħdet bil-moħbi ta’ kulħadd.

Tmien deputati tal-Oppożizzjoni ta’ llum huma fost dawk li bejn l-2008 u l-2011 ibbenefikaw minn din iż-żieda li bħala total fissret €1,600,000 minn flus il-poplu. Minnhom ħallsu lura biss €300,000. Iġifieri żammew f’buthom €1,300,000.

L-unika tweġiba mid-deputat Chris Said illum kienet li l-Prim Ministru, fl-ewwel jiem tal-leġislatura kien qal li l-flus kienu ngħataw lura kollha. Kif intqal ilbieraħ mill-Prim Ministru waqt id-diskors parlamentari tiegħu, din kienet filfatt l-impressjoni li, b’qerq, ingħatat mill-Partit li llum jinsab fl-Oppożizzjoni.

Ewlenin fosthom minn Simon Busuttil li fl-20 ta’ Frar 2013, lejliet l-elezzjoni ġenerali, kien qal : “Iva, jien infurmat illi ħlasijiet li ttieħdu minħabba din il-kwistjoni tħallsu lura kollha sal-aħħar tas-sena li għaddiet”.

Iżda iktar tard f’din il-leġislatura saret mistoqsija parlamentari li t-tweġiba tagħha kixfet il-verità.

http://pq.gov.mt/PQWeb.nsf/7561f7daddf0609ac1257d1800311f18/c1257881003b3b78c1257b720027fd3f!OpenDocument

Id-dikjarazzjoni ta’ Simon Busuttil kienet diżonesta għal kollox. Fl-Oppożizzjoni ta’ llum għad hemm id-deputati Chris Said, Jason Azzopardi, Tonio Fenech, Giovanna Debono, Clyde Puli, Mario Galea, Mario Demarco u George Pullicino li għandhom f’buthom flus miż-żieda ta’ €500 li ħadu kull ġimgħa fil-leġislatura li għaddiet.

Mhux ta’ b’xejn li, meta llum mistoqsi jgħid kemm irritorna flus Chris Said bħala wieħed minn dawn id-deputati, l-unika tweġiba tiegħu kienet: “M’għamiltx il-kalkoli”.

Jekk irid ikollu farka ta’ kredibilità meta jitkellem dwar awtorità morali, il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu l-obbligu li jqabbad lid-deputati tiegħu jagħtu lura lill-poplu, kif kienu taw l-impressjoni li għamlu, l-flus kollha li ħadu minn din iż-żieda skandaluża li kienu taw lilhom infushom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow