SERVIZZ ĠDID TA’ CARDIAC CT FL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX
Wara li fl-Isptar Mater Dei ġie introdott is-servizz ta’ Cardiac CT, dalgħodu dan is-servizz ġie introdott ukoll fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dan it-tip ta’ test jinvolvi li jiġi injettat kulur fil-vina tal-id biex jittieħdu ritratti tal-arterji tal-qalb. Dan is-servizz huwa żieda importanti fin-numru ta’ testijiet tal-qalb fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, speċjalment għaliex se jnaqqas it-tbatija tal-pazjenti Għawdxin li issa jistgħu jinqdew Għawdex stess. Dan se jgħin ukoll biex inaqqsu miż-żmien ta’ stennija għal dan it-test fl-Isptar Mater Dei.
It-tnedija ta’ dan is-servizz seħħet permess ta’ kollaborazzjoni bejn id-Dipartimenti tal-Kardjoloġija u Radjoloġija fl-Isptar Mater Dei u t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan se jservi biex ikompli dejjem jitjieb is-servizz tas-saħħa f’Għawdex.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046