Left arrow Go Back

GVERN LI JAĦDEM FAVUR L-IMPJIEG GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr142756
Date Icon 23/11/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fi żjara ġewwa wieħed mil-ħwienet tal-Iscotts Supermarket qalet li il-Gvern għandu impenn kbir fil-qasam tad-Diżabilità u xhieda ta’ dan huwa il-Baġit li tħabbar nhar it-Tnejn li għadda. L-Onorevoli Justyne Caruana qalet li l-impenn tal-għaxart t’idjar residenzjali huwa mhux biss ambizzjuz imma importanti ferm għax il-Gvern irid jagħti serħan tal-moħħ lil-ġenituri bl-ikbar sens ta’ rispett u responsabbiltà. Semmiet dwar ix-xogħol li diġa beda fis-Siġġiewi u għaddejja ħidma fuq ir-residenza t’Għawdex.

Dr Justyne Caruana qalet li is-Segretarjat Parlamentari jagħmel ħiltu biex jippromovi id-drittijiet u l-abbiltajiet ta’ persuni b’diżabilità. Qalet li ix-xogħol huwa wieħed mil-valuri u id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u kien għalhekk li il-Gvern ħabbar dawn il-miżuri sabiex il-persuni b’diżabilità ikollhom iżjed aċċess għax-xogħol. Semmiet li il-Gvern neħħa il-capping tad-dħul biex il-pensjoni tal-persuni b’diżabilità tibqa waħda sħiħa għal dawk li jsibu xogħol. Biex il-Gvern jinċentiva lil min iħaddem iħaddem persuni b’diżabilità il-Gvern ser ikun qiegħed jeżenthom mil-ħlas tal-bolla tal-impjegati li huma persuni b’diżabilità u se jkollhom kreditu ta’ taxxa sa’ massimu ta’ 4500 Ewro.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li il-liġi li saret fl-1969, dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità li tistipula persentaġġ ta’ ħaddiema ta’ persuni b’diżabilità li għandhu ikollu kull min iħaddem se tiġi infurzata u min ma jżommx magħha se jkun qed iħallas kontribuzzjoni annwali ta’ 2400 ewro għal kull persuna li suppost qegħda taħdem, u massimu ta’ 10,000 ewro għall kull kumpanija. Dan  irid jitħallas fuq medda ta’ tlett snin. Dawn il-kontribuzzjonijiet se jmorru f’ fond speċifiku imsejjaħ Fond Nazzjonali ta’ Integrazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilitàli se jkun f’idejn l-ETC għal taħriġ u xogħol tal-persuni b’diżabilità.

L-Onorevoli Caruana ħabbret ukoll li l-Gvern ser ikun qed jagħmel il-parti tiegħu billi għall-2015 se jiġu ivvutati nofs miljun ewro li se toħloq 80 impjieg ġdid f'Għawdex għall-persuni b'diżabiltà biex jagħmlu xogħol ta' back office work, documentation u scanning.

Is-Segretarju Parlamentari ikkonkludiet tgħid li permezz ta’ dawn il-miżuri il-Gvern ser ikun qiegħed jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies li diġa qegħda tinħass. Tenniet tgħid li dan huwa gvern li mhux biss jisma’ imma jaġixxi fuq dak li jisma’ u għalhekk sema’ it-talba ta’ ħafna persuni b'dizabilta' u  familjari ta’ persuni b’diżabilità fejn jidħol l-impjeg, u dis-sena mill-kliem għadda għall-fatti. Il-Gvern jemmen fl-inklużjoni u għalhekk mis-sena id-dieħla persuni b’diżabilità se jkollhom vuċi soda u sħiħa f’bordijiet ewlenin ta’ pajjiżna. Fl-aħħar is-Segretarju Parlamentari faħħret il-kumpanijja Scotts u inkoraġġiet biex iktar intraprizi jsegwu l-eżempju tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow