Left arrow Go Back

​CHOGM Malta 2015 - Adding Global Value

PR142739
Date Icon 21/11/2014

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju-Ġenerali tal-Commonwealth Kamalesh Sharma dalgħodu niedew il-Commonwealth Heads of Government Meeting (CHOGM) 2015 li ser isir f’Malta f’Novembru ta’ 2015. It-tema li ser tkun diskussa mill-kapijiet u matul il-laqgħat ta’ qabel hija “The Commonwealth – Adding Global Value.”

Il-Prim Ministru spjega li l-preparazzjonijiet waslu f’stadju avvanzat, bi pjanijiet biex l-avvenimenti ewlenin iseħħu f’uħud mill-isbaħ postijiet storiċi f’Malta, fosthom il-Forti Sant’Anġlu. Is-Segretarju Ġeneral faħħar il-preparazzjonijiet u qal li “wara l-laqgħat u żjarat ta’ matul l-aħħar 36 siegħa, jien kunfidenti li Malta hija lesta għal konferenza globali eċċellenti.”

Hu qal, “l-eżempju li Malta dejjem tat lil pajjiżi żgħar fl-ġgir tagħha fl-isfera internazzjonali dejjem kienet eċċezzjonali. Xogħol Malta fuq dan is-suġġett li kien sar madwar għaxar snin ilu, illum huwa rikonoxxut u aċċettat minn istituzzjonijiet globali. Il-fatt li pajjiż huwa żgħir ma jfissirx li ma jistax iżid il-valur globali.” 

Il-Commonwealth hija assoċjazzjoni ta’ 53 stat indipendenti, b’2.2 biljun ċittadin. Iċ-CHOGM isseħħ kull sentejn u jagħti opportunità lill-pajjiżi membri biex jiddiskutu temi u inizzjattivi komuni.

Waqt iċ-CHOGM tas-sena l-oħra fis-Sri Lanka, kien deċiż unimament li Malta tospita il-laqgħa fl-2015, u llum il-Prim Ministru stqarr, “Jien kburi ngħid li b’ambizzjoni u viżjoni, il-Gvern Malti qed iħejji b’entużjażmu għal dan l-avveniment globali.”

Il-Prim Ministru tkellem fuq il-bżonn ta’ riforma fil-Commonwealth, li qiegħda f’riskju li ssir irrelevanti fis-snin li ġejjin. Huwa spjega li “fix-xhur li għaddew, aħna qsamna ideat ma’ sħabna fil-Commonwealth dwar kif nistgħu nagħmlu miċ-CHOGM 2015, avveniment li jagħti l-opportunità lill-kapijiet biex jiddiskutu problem komuni, ideat u ambizzjonijiet li jaffettwaw il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha.

Waqt il-press conference, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella qal, “irridu niftakru li l-Commonwealth hija magħmula minn 53 pajjiż minn madwar id-dinja. Il-Commonwealth tal-lum trid tgħaqqad l-aspett globali u għalhekk irridu dejjem naħdmu għal assoċjazzjoni aħjar.”

Dr Vella spjega li qabel is-summit, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin jiltaqgħu biex jiddiskutu affarijiet relatati mal-Commonwealth u jibdew ix-xogħol. Din il-laqgħa saret għall-ewwel darba f’Malta fl-2005 u issa saret avveniment regolari fil-preparazzjoni għaċ-CHOGM. 

Sensiela ta’ laqgħat oħra ser iseħħu fil-ċimgħa ta’ qabel iċ-CHOGM. Is-Sinjura Phyllis Muscat, Head taċ-CHOGM 2015 Taskforce spjegat li ser ikun hemm erba’ fora li ser jagħtu vuċi liċ-ċittadini tal-Commonwealth.

“L-ikbar forum ser ikun il-Business Forum, li jiġu għalih iktar minn 1,000 delegat biex jiddiskutu opportunitajiet ta’ investiment u negozju. Hemm ukoll Youth Forum u People’s Forum,” qalet is-Sinjura Muscat. Żiedet tgħid li għall-ewwel darba ser jiġi organizzat Women’s Forum. Dan ser ikun “ċelebrazzjoni tal-kisbiet tan-nisa madwar id-dinja b’suġġetti bħal entrepreneurship, edukazzjoni u tmexxijja fuq l-aġenda.”

Għal aktar informazzjoni dwar CHOGM 2015 Malta wieħed jista’ jidħol fis-sit uffiċjali, www.chogm2015.mt kif ukoll il-paġni ta’ social media, fejn wieħed jista’ jipparteċipa fil-konverżazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow