Left arrow Go Back

​​STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr142732
Date Icon 20/11/2014

Il-Prim Ministru huwa rrabjat u ddiżgustat bl-inċident li fih kien involut il-membru tal-korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-Ministru nniffsu esprima l-istess sentiment f’laqgħa li kellu mal-Prim Ministru wara nofsinhar.

Is-sitwazzjoni kif eskalat ilbieraħ mhijiex aċċettabbli. Ma hemmx post għal persuni li jużaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod li jista’ jagħti x’jifhem li huwa abbużiv u eċċessiv.

Il-Prim Ministru tkellem mal-Ministru Manuel Mallia u qablu li kellha tittieħed azzjoni soda fil-konfront ta’ din il-persuna.  Dawn jinkludu li l-persuna involuta titneħħa mill-ministeru u fl-istess ħin ġiet sospiża immedjatament mill-Pulizija. F’dan il-każ, il-persuna involuta jidher li kisret il-fiduċja li ngħatat mill-Ministru.

Il-każ jinsab taħt l-iskrutinju ta’ inkjesta maġisterjali u l-Prim Ministru se jistenna l-eżitu tagħha, li jittama li tkun malajr kemm jista' jkun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow