STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
'Hit and run' fuq il-karozza tal-Ministru Manuel Mallia
Ma kien hemm ħadd fil-karozza fil-ħin tal-inċident
Raġel ta' nazzjonalita' Ingliża baqa' dieħel bis-saħħa fil-karozza ministerjali tal-Ministru Manuel Mallia li kienet ipparkjata fil-Gzira. Din il-persuna ħarbet minn fuq il-post. F'dak il-ħin ma kien hemm ħadd fil-karozza.
Il-Ministru Manuel Mallia fil-ħin tal-inċident kien jinsab jattendi funzjoni uffiċjali ġewwa d-Depot tal-Pulizija fil-Floriana.
Mal-ħoss tal-impatt ix-xufier tal-Ministru Mallia, li huwa wkoll membru fil-korp tal-Pulizija, induna b'dak li ġara u ħareġ biex jara x'ġara. F'dan il-ħin huwa nduna bl-inċident u x'ħin induna li dan kien każ ta' hit and run, huwa segwa l-karozza li ħolqot l-inċident.
F'mument minnhom, il-persuna li kienet qed issuq il-karozza li ħolqot l-inċident, regat ghafset il-karozza biex tagħti daqqa oħra lill-karozza ministerjali biex trossha mal-ħajt f'Tal-Qroqq. Din il-persuna ħarġet biex thebb għal membru tal-korp bi flixkun tal-birra.
F'dan il-ħin il-pulizija spara żewġ tiri fl-arja bħala warning. Il-persuna reġgħet ħarbet minn fuq il-post u ġiet arrestata fl-Imsida minn Membri tar-Rapid Intervention Unit.
Din il-persuna issa tinsab arrestata u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Huwa irrifjuta li jagħmel it-test tal-alcohol.
Qed issir inkjesta maġisterjali.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046