PIERRE J MEJLAK MOGĦTI L-PREMJU EWROPEW GĦAL-LETTERATURA
pr142716
19/11/2014
Ilbieraħ, il-kittieb Għawdxi Pierre J Mejlak ingħata l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura f'ċerimonja fi Brussell wara li x-xahar li għadda tħabbar bħala rebbieħ bil-ktieb tiegħu intitolat ‘Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid'.
Il-premju kien ippreżentat lilu mill-Kummissarju Ewropew Tibor Navracsics li reċentement ħa r-responsabilità għall-Edukazzjoni, Kultura Żgħażagħ u Sport fil-preżenza tal-Ministru ghall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li attenda għall-premjazzjoni.
Din hija t-tieni darba li Malta rebħet il-premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura wara li l-kittieb Immanuel Mifsud kiseb dan is-suċċess fl-2011 bix-xogħol tiegħu ‘Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben)’.
Pierre J Mejlak kiteb diversi xogħolijiet għat-tfal, novelli għal adolexxenti u żewġ kollezzjonijiet ta’ setjjer qosra. Rebaħ darbtejn il-premju Malti għall-Ġurnaliżmu u kien ukoll, fost oħrajn, korrispondent mal-BBC.
Din is-sena kienu tlettax l-awturi Ewropej li ġew ippremjati.
Il-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura huwa l-uniku premju internazzjonali ta’ din ix-xorta.
L-Unjoni Ewropea hija wkoll determinata li tgħin fit-traduzzjoni ta’ xogħolijiet letterarji ġodda permezz tal-programm “Creative Europe.”
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046