SENSIELA OĦRA TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA MAL-MEMBRI TAL-KABINETT
Minn għada l-Erbgħa, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kollha se jerġgħu jersqu quddiem il-familji u n-nies tan-negozju biex mingħandhom jisimgħu l-ideat u l-proposti favur Malta li tippremja l-bżulija.
Din it-tielet sensiela ta’ Gvern li Jisma’ se ssir jumejn biss wara l-preżentazzjoni tal-Baġit għas-sena 2015 u għalhekk il-pubbliku se jkun f’pożizzjoni li jsemma leħnu dwar il-miżuri mħabbra u l-effett tagħhom.
Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni qed jitwettaq kull sitt xhur skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali. Il-laqgħat pubbliċi se juru li dan il-Gvern jibqa’ viċin in-nies u qatt ma jingħalaq fih innifsu. Din l-inizjattiva hija waħda minn numru ta’ miżuri mmirati biex il-Gvern ikun qrib il-familji u n-negozji wara li, f’temp ta’ sena u nofs, saru tliet laqgħat tal-Kabinett f’lokalitajiet differenti fin-naħa ta’ isfel u n-naħa ta’ fuq ta’ Malta kif ukoll f’Għawdex.
Il-laqgħat se jsiru fi Pjazza San Ġorġ, Il-Belt Valletta, apparti tal-Ministeru għal Għawdex li se ssir f’Misraħ il-Vitorja, Ix-Xagħra, u huma stmati li jdumu sagħtejn b’rawnds ta’ interventi mill-pubbliku. Kull min jixtieq jattendi għal dawn il-laqgħat għandu jirriżerva postu fuq freephone 80072207.
Element innovattiv għal din is-sensiela hija faċilità teknoloġika li permezz tagħha n-nies jistgħu jirrekordjaw filmati huma stess bis-suġġerimenti tagħhom, bid-domandi jintwerew u jiġu mwieġba mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt l-aħħar laqgħa li d-dettalji dwarha jitħabbru aktar ’il quddiem.
Hawn taħt huwa l-programm ta’ laqgħat mis-sensiela ‘Nippremjaw il-Bżulija – Gvern li Jisma’’.
DATA | MINISTRU / SEGRETARJU PARLAMENTARI |
L-Erbgħa, 19 ta’ Novembru 2014 | CHRIS CARDONA / JOSÉ HERRERA |
Il-Ħamis, 20 ta’ Novembru 2014 | EVARIST BARTOLO / CHRIS AGIUS |
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru 2014 | JOE MIZZI |
Is-Sibt 22 ta’ Novembru 2014 | KONRAD MIZZI / CHRIS FEARNE |
L-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2014 | MICHAEL FARRUGIA / JUSTYNE CARUANA |
Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru 2014 | EDWARD ZAMMIT LEWIS |
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru 2014 | OWEN BONNICI / STEFAN BUONTEMPO |
Is-Sibt, 29 ta’ Novembru 2014 | EDWARD SCICLUNA |
It-Tnejn, 1 ta’ Diċembru 2014 | MICHAEL FALZON |
It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru 2014 | GEORGE VELLA |
L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru 2014 | MANUEL MALLIA |
Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2014 | LEO BRINCAT / RODERICK GALDES |
Il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru 2014 | ANTON REFALO |
Is-Sibt, 6 ta’ Diċembru 2014 | HELENA DALLI |
It-Tlieta, 9 ta’ Diċembru 2014 | LOUIS GRECH / IAN BORG |
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046