IL-GVERN JESPRIMI SOGĦBA GĦALL-MEWT TA’ LINO SPITERI
pr142697
15/11/2014
Pajjiżna tilef personaġġ importanti fil-qasam politiku, soċjali u letterarju. Il-mewt tal-eks Ministru Lino Spiteri iħalli sentiment ta’ sogħba u dieqa fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.
Lino Spiteri se jibqa mfakkar għall-impenn u d-dedikazzjoni tiegħu tul karriera politika twila li matulha ħadem bla distinzjoni partiġjana lejn min kien jagħti s-servizz.
Kellu analiżi profonda tal-ġrajjiet kurrenti lokali u internazzjonali kif ukoll talent li ssarraf f'kitbiet kritiċi li ftit kien hawn bħalhom.
Kien persuna qrib in-nies anke fil-kontribut volontarju tiegħu li fih dejjem ħaddan valuri soċjali. Lino Spiteri kien punt ta’ referenza li l-pajjiż se jħoss bil-kbir in-nuqqas tiegħu.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046