STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr142696
15/11/2014
Iktar suċċess fil-kontrolli tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
Illum għall-ħabta ta’ 1800hrs saret spezzjoni f’ Diviżjoni tnax minn membri tal-iSpecial Response Team (SRT). Waqt l-ispezzjoni, f’cupboard f’ċella nstabu mad-disgħin pillola li huma maħsuba li huma steroids.
Mill-ewwel ittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tal-priġunier li nstab b’dan l-ammont. Aktar stħarriġ għadu għaddej mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid.
Dawn l-ispezzjonijiet għal sustanzi illeċti fil-Faċilità Korretiva jsiru kontinwament sabiex jiġi assigurat li l-Facilità Korretiva hija post fejn ir-residenti jistgħu jirriformaw.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046