STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA
B’referenza għall-allegazzjonijiet dwar ix-xogħlijiet li saru fi Pjazza Żernieq, Ħal Kirkop, fejn intqal li dan il-proġett tħalla nofs leħja, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura huwa informat li Transport Malta ħejjiet il-programm ta’ xogħlijiet fejn dawn it-toroq huma mniżżlin, bħal toroq oħrajn li hemm fil-programm tagħha.
Peress li l-Kunsill Lokali ma implimentax l-asfalt tat-toroq li jdawru l-pjazza bħala parti mill-proġett innifsu mis-somma ta’ €800,000 li kellu disponibbli mill-UE, Transport Malta wiegħdet lill-Kunsill Lokali, li se tkun qed tagħmel it-triq, bi spejjeż tagħha u l-Kunsill Lokali ġie informat dwar dan kemm permezz ta’ laqgħa li saret u anke f’korrispondenza.
Dan biex il-proġett, li nkarigat minnu huwa d-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, ikun jista’ jibda jitgawda mill-pubbliku. Ix-xogħol huwa pprogrammat li jsir mat-toroq li se jsiru fis-sena 2015.
It-toroq isiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw, bħal meta riċentament, Transport Malta għamlet toroq b’urġenza minħabba l-Junior Eurovision.
Minbarra għadd ta’ toroq li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuqhom, għas-sena d-dieħla Transport Malta se tkun qed tagħmel għadd ta’ toroq oħrajn li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046