Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI: Imniedi b’suċċess proġett pilota biex it-tobba jagħtu t-testimonjanza f’kawża mill-isptar

PR142656
Date Icon 12/11/2014

Illum għall-ewwel darba tħaddem b’suċċess proġett pilota fejn tabib ta t-testimonjanza tiegħu f’kawża mill-isptar stess, bis-saħħa ta’ faċilità ta’ videoconferencing mingħajr il-ħtieġa li fiżikament jitlaq il-post tax-xogħol tiegħu u jmur fil-bini tal-Qorti.

Dan il-proġett pilota nbeda fil-Qorti ta’ Għawdex fejn wara ħidma bejn il-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tfasslet l-istruttura tal-informatika meħtieġa sabiex t-tobba li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikunu jistgħu jixhdu u jagħtu t-testimonjanza tagħhom mill-post tax-xogħol tagħhom.  Hekk kif tigi pperfezzjonata s-sistema din se tibda titħaddem ukoll f’Malta.

Din is-sistema l-ġdida twassal mhux biss biex it-tobba ma jitilfux ħin prezzjuż fil-bini tal-Qorti – liema ħin hu misruq mill-pazjenti tagħhom – imma tnaqqas il-burokrazija u żżid l-effiċjenza.

Dan hu pass iehor minn elenku sħiħ ta’ mizuri tal-informatika li ħa l-Gvern biex tiżdied l-effiċjenza fis-sistema tal-ġustizzja f’pajjiżna, liema miżuri qed jimplimentaw riforma fil-qasam tal-Ġustizzja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow