Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

PR142646
Date Icon 11/11/2014

Il-fatt li Simon Busuttil ma jifhimx fl-ekonomija huwa magħruf, iżda issa qed joħroġ ukoll li ma jafx janalizza statistika bażika.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li, filwaqt li fil-bidu ta' din il-leġislatura kien hemm 41,519 persuna impjegata full-time mas-settur pubbliku, fi tmiem Ġunju 2014 din iċ-ċifra kienet telgħet għal 43,939. Dan ifisser differenza ta' 2,420 persuna u mhux 4,400 kif qed isostni Simon Busuttil.

Ta' min jinnota li fost dawn l-2,420 persuna aktar mas-settur pubbliku, 959 huma fis-settur tat-transport pubbliku, li kellu jintrefa mill-Gvern għaliex l-operat magħżul mill-amministrazzjoni preċedenti għażel li ma jkomplix jagħti dan is-servizz essenzjali għall-pubbliku Malti. Meta jibda l-operatur privat ġdid, dawn il-persuni se jerġgħu jmorru mas-settur privat.

Mill-1,461 żieda li jifdal, kontra dak li qed isostni Simon Busuttil, il-maġġoranza huma ħaddiema ġodda fis-setturi essenzjali tas-saħħa u l-edukazzjoni. F'dawn iż-żewġ setturi, l-impjiegi full-time żdiedu b'970.

Huwa ferm inkwetanti li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed isostni li kien hemm żieda ta' 3,300 mas-settur tal-amministrazzjoni pubblika. L-istqarrija tal-NSO f'nota 6, f'paġna 24, tindika li "year-on-year increases in full-time employment within the Public administration and Defence, Compulsory Social Security, were primarily the result of a classification shift in public sector employment from Construction due to a transfer of employees from the former Ministry for Resources and Rural Affairs, to either the Ministry of Sustainable Development, Environment and Climate Change or the Ministry for Transport and Infrastructure".

Fil-fatt, minbarra ż-żieda fis-settur tal-amministrazzjoni pubblika, l-istqarrija tal-NSO turi tnaqqis simili fis-settur tal-kostruzzjoni pubblika. Huwa ta’ għajb li l-Oppożizzjoni ma toqgħodx attenta u tiċċekja l-fatti qabel tagħmel stqarrijiet simili.

Dr Busuttil huwa skorrett ukoll meta jgħid li, bejn Mejju u Ġunju, ġew impjegati 350 persuna u li dawn ma kinux professjonisti fil-qasam tas-saħħa jew l-edukazzjoni. Il-figuri tal-NSO jindikaw li fil-fatt kien hemm żieda ta' 200 persuna f'dawn iż-żewġ oqsma.

Bħalissa pajjiżna għandu l-anqas rata ta' qgħad minn kemm ilha tinġabar din l-istatistika mill-Eurostat fil-bidu tal-2000. Fil-fatt ir-rata ta' qgħad f'Malta hija 5.8%, imqabbel mal-medja ta' 6.5% li kellna matul l-amministrazzjoni preċedenti.

Minn tmiem Jannar 2014, sa tmiem Settembru 2014, in-numru ta' nies jirreġistraw naqas bi kważi 1,200, jew 5 kuljum. Dan juri kif il-Gvern bil-fatti qiegħed inaqqas id-dipendenzi u jagħti l-ispazju għas-settur privat biex joħloq ix-xogħol u l-ġid. Tant li matul dawn l-aħħar sittax-il xahar kuljum l-impjiegi full-time żdiedu bi 17.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow