STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
L-investigazzjonijiet dwar il-concrete inferjuri f’Mater Dei għandhom isiru l-ewwel mill-awtoritajiet kompetenti u mhux mill-politiċi
Id-dikjarazzjonijiet li saru dalgħodu mid-Deputat tal-Oppożizzjoni Claudio Grech, dwar il-kolonni tal-concrete ta’ kwalità ferm inferjuri f’Mater Dei, iqajmu l-mistoqsija għalfejn Claudio Grech irid li l-politiċi jieħdu post l-awtoritajiet li qed jinvestigaw dan il-każ.
Iqajmu l-mistoqsija wkoll għalfejn Claudio Grech irid li l-politiċi, inkluż anke dawk li setgħu kienu parti mill-proċess, jagħmlu skrutinju dwar dan il-każ meta għadhom ma ntemmux l-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti.
Il-Gvern se jħalli f’idejn l-awtoritajiet ikkonċernati biex jaslu għal konklużjonijiet tagħhom mingħajr ebda tfixkil.
Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta esterna minn bord li qed janalizza l-liabilities kriminali u ċivili li rriżultaw minn dak li ġara. Dan il-bord qed jikkopera u jagħti informazzjoni lill-pulizija u jaħtar l-esperti tekniċi fejn meħtieġa. Qed isiru wkoll studji dettaljati fis-sit minn kumpanija li tispeċjalizza f’dan il-qasam.
L-iskrutinju fil-Parlament għandu jsir fil-mument opportun wara li jintemmu dawn l-investigazzjonijiet.
Il-Gvern se jkun qed jitlob li tinġarr kemm ir-responsabbilità politika kif ukoll ir-responsabbilità teknika u kummerċjali.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046