STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-Partit Nazzjonalista jrid li l-politiċi jindaħlu lill-Pulizija
Il-Ministeru għall-Intern, fuq il-każ Louis Attard, kif ukoll fuq każijiet oħra, ma jindaħalx fix-xogħol tal-Pulizija u tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
B’li qalu llum d-Deputat Kap Beppe Fenech Adami u d-Deputat Jason Azzopardi qed jistennew li l-Gvern jindaħal fl-akkużi li ħarġet il-Pulizija fil-konfront ta’ numru ta’ uffiċjali tal-Enemalta. Ta’ min jgħid li l-akkużi kienu kollha simili għall-uffiċjali kollha mingħajr distinzjoni. Is-serq tal-elettriku kien ilu għaddej mill-amministrazzjoni preċedenti, iżda kien biss issa li nqabdu u tressqu l-Qorti numru ta’ uffiċjali tal-Enemalta.
Il-proċess ġudizzjarju penali fil-konfront tas-Sur Attard u oħrajn akkużati bl-istess mod fuq l-istess ksur, huwa wieħed ta’ kumpilazzjoni li fih innifsu jipprovdi salvagwardji fejn jekk l-Avukat Ġenerali jidihrlu li hemm xi reati, ċirkostanzi jew aggravji li għandhom jiżdiedu, dan jista’ jsir b’nota li tintbagħat lura mill-Qorti, biex jekk ikun il-lok, jiżdiedu l-akkużi.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046