Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ

pr142623
Date Icon 08/11/2014

L-Oppożizzjoni tagħżel li tibqa tgħix f'dinja għaliha

Tibqa f’Paniku Dwar il-Fondi Ewropej

Fl-aħħar ġranet il-Gvern żvela kif l-amministrazzjoni Nazzjonalista fil-Gvern kienet assorbit biss 33% tal-Fondi Ewropej għal perjodu 2007-2013. Din il-figura irduppjat u telgħet għal kwazi 60% minn Marzu 2013 lil hawn, bil-mira tibqa dik li jiġu utilizzati 100% tal-fondi sal-aħħar tal-2015.  Dan kien ikkonfermat fil-ġranet li għaddew fir-rapport ta' Moody’s fejn ġie żvelat li l-uniku żewġ pajjiżi li kienu agħar minn Malta fir-rata ta’ assorbiment bejn l-2007 u Jannar 2013 kienu ir-Rumanija u l-Bulgarija.

Apparti dan, fil-previzjonijiet tagħha għal Ħarifa, l-Kummissjoni Ewropeja stqarret ukoll li tinsab konvinta li ħlasijiet ta' fondi ewropej matul is-sena d-diehla ser ikunu qed jgħinu fl-attivita' ekonomika ta' pajjiżna –fl-interess tal-poplu u tan-negozji Maltin.

Sadattant, matul il-ġimgha l-oħra l-Kummissjoni Ewropeja ferħet ukoll lil Malta u varat il-'Partnership Agreement' għal-programm finanzjrajru 2014-2020 sabiex Malta tkun tista’ ttellaq skemi favur l-Industrija u aktar impjegabilita', proġetti favur l-ambjent, tisħiħ tal-qasam edukattiv, trasport aktar sostenibbli waqt li nkomplu ntejjbu l-qasam tas-Saħħa.

Konfrontati b'figuri umiljanti li jikxfu l-inkompentenza tal-amministrazzjoni Nazzjonalista, l-Onor. Portelli u Borg għażlu li jippruvaw inessu s-suċċess tal-gvern fl-assorbiment tal-fondi kif ukoll fit-tfassil tal-programm finanzjarju l-ġdid u ippreferew li jkomplu jsegwu l-kor negattiv li qed tadotta l-oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow