Left arrow Go Back

IS-SINJURA MICHELLE MUSCAT TINAWGURA EDIZZJONI OĦRA TAL-MFCC WEDDINGS EXHIBITION

PR142618
Date Icon 08/11/2014

Waqt l-inawgurazzjoni tal-MFCC Weddings Exhibition, is-Sinjura Michelle Muscat stqarret li għal darba oħra, din il-fiera qed isservi ta’ pjattaforma għal diversi artisti u designers fosthom dawk tat-tessuti, ikel, sbuħija, u l-arranġamenti tal-fjuri, fejn ilkoll qed jesebixxu x-xogħol u t-talenti tagħhom. 

Filwaqt li awgurat kull suċċess lill-esibituri li qed jipparteċipaw f’din il-fiera, s-Sinjura Muscat sostniet l-importanza ta’ l-intrapriżi iż-żgħar u medji fl-ekonomija ta’ pajjiżna.  F’Malta, l-iSmall & Medium Enterprises jirrappreżentaw disgħa u disgħin fil-mija tan-negozji kollha ta’ pajjiżna filwaqt li huma responsabbli għal tmienja u sebgħin fil-mija ta’ l-impjiegi fis-settur privat. F’din il-fiera, il-preżenza ta’ dan l-ispectrum kbir t’esibituri jixhed l-impenn tal-intraprendituri Maltin u Għawdxin, qalet is-Sinjura Muscat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow