STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
Ħidma tal-Protezzjoni Ċivili waqt il-maltempata tal-bieraħ
Minħabba r-riskji li ġabet il-maltempata tal-bieraħ f’pajjiżna, il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili kienet waħda intensiva , li ma waqfet xejn mill-erbgħa ta’ filgħaxija tal-bieraħ sas-sitta ta’ dalgħodu.
Il-Protezzjoni Ċivli intalbet għall-għajnuna fi tlieta u tletin okkażjoni differenti :-
- Salvataġġ ta’ tlett persuni li nqabdu fil-karozzi taghhom li kienu qed jegħrqu
- 25 siġra u wires tad-dawl li kienu qed jibblokaw toroq f’Ħal-Kirkop, Għajn Dwieli, Mosta, Paola, Mrieħel, Ħal-Għaxaq, Ħ’Attard, Burmarrad, Mistra, Wardija, Ħal-Luqa, Żejtun, Ta’ Qali, Baħrija. Msida , Pembroke, Swieqi, Marsa, Bormla , Floriana
- Nqalbet billboard li kienet qed tibbloka triq
- Żewġt idjar kienu qed jegħrqu
- Tneħħiet struttura tal-elettriku li kienet saret perikoluża
- Nar fi stabbiliment kummerċjali
Il-Protezzjoni Ċivli għadha għaddejja bil-ħidma tagħha sabiex tiżgombra t-toroq minn siġar u tneħħi l-ilma mit-toroq li jinsabu mgħerqin
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046