STQARRIJA TAL-GVERN
L-Oppożizzjoni għandha deficit ta’ kredibilità
L-Oppożizzjoni għadha mhux qed tifhem li l-familji qed jaraw l-pajjiż miexi fid-direzzjoni t-tajba. Il-familji qed iħossu d-differenza fil-but u se jkomplu jħossuha bil-miżuri li se jittieħdu fil-budget 2015.
Hija ħafna ironika li l-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, li wiegħed iżda ma wettaqx tnaqqis tal-income tax għal 25%, issa qed jgħid illi kieku kien fil-Gvern kien inaqqas l-income tax bla ma jgħid kif jiffinanzjaha.
Tonio Fenech nesa jgħid li hu jrid jgħolli l-bolla għal ħaddiema u għal min iħaddem.
Tonio Fenech reġa ukoll ftaħar kemm għoliet il-ħajja fi żmien il-Partit Nazzjonalista, rekord li ftit li xejn għandu jkun kuntent dwaru.
L-Oppożizzjoni mhux biss hija maqtugħa mir-realta' imma m’hijiex lanqas qed taqbel mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Moody's, mal-Fitch u ma' diversi rapporti internazzjonali li qed jgħidu b'mod konsistenti li, minn żmien Tonio Fenech, pajjiżna mexa 'l quddiem b'pass mgħaġġel fl-ekonomija.
Għal sena oħra, il-Gvern se jippreżenta budget li jwieżen lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. Li se jerġa' jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għan-negozji u jinċentiva l-bżulija.
Dan hu l-mod responsabbli li bih ħadem il-Gvern biex ġab riżultati importanti ħafna għall-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046