Left arrow Go Back

​DELEGAZZJONI MALTIJA TATTENDI KONFERENZA DWAR IIS-SIGURTÀ U D-DIFIŻA KOMUNI FL-EWROPA

PR142606
Date Icon 07/11/2014

Delegazzjoni mill-Parlament ta' Malta attendiet il-Konferenza Interparlamentari dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (CFSP) u l-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni (CSDP), liema konferenza seħħet fil-bini tas-Senat Taljan, f'Ruma, bħala parti mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa li bħalissa tinsab f'idejn l-Italja.

Il-konferenza kienet titratta, fost l-oħrajn, is-sitwazzjoni tal-Libja u l-immigrazzjoni irregolari u l-kwestjoni fl-Ukrajna. Fost il-persuni distinti li indirizzaw il-konferenza kien hemm il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u Sigurtà, Federica Mogherini

Id-delegazzjoni Maltija kienet komposta minn Dr. Luciano Busuttil, Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Unjoni Ewropea tal-Parlament Malti u mill-Membru Parlamentari, Dr. Francis Zammit Dimech.

Id-delegazzjoni Maltija ħadet sehem attiv fid-diskussjonijiet li involvew is-sigurtà fil-Mediterrann u l-kriżi tal-Libja. Dr. Luciano Busuttil appella lill-membri parlamentari mill-pajjiżi Ewropej kollha sabiex b'mod attiv japplikaw il-prinċipju tas-solidarjetà bejn Stati Membri fejn tidħol l-immigrazzjoni irregolari, dan in vista tal-fatt li hemm theddid u preokkupazzjoni serja li elementi fundamentalisti Islamiċi mill-Kalifat tal-IS jistgħu jinfiltraw ruħhom mal-immigranti irregolari, u dawn jistgħu joffru theddida serja lill-Ewropa kollha. Għalhekk huwa importanti li l-immigrazzjoni irregolari tkun indirizzata fis-sors tagħha, u ċjoè l-Libja mill-Ewropa kollha għax din mhijiex problema ta' Malta jew l-Italja, imma tal-Ewropa kollha.

Dr. Francis Zammit Dimech fakkar kemm Malta kellha rwol kruċjali u importanti matul ix-xhur li faqqgħet il-kriżi fil-Libja u kif Malta ma qagħditx taħsibha darbtejn biex turi solidarjetà ma' dawk kollha li kellhom bżonn is-sostenn ta' Malta. Dan l-irwol għadu krucjali sal-lum u sar appell lill-Unjoni Ewropea sabiex tagħti attenzjoni speċjali għall-kriżi fil-Libja.  Fakkar li Malta għad għandha l-ambaxxata miftuħa fil-Libja.

Matul din il-konferenza saret ukoll laqgħa tal-Parlamenti tan-Nofsinhar tal-Ewropa li matulha d-delegazzjoni Maltija intervjeniet  fuq il-kwestjoni tal-Libja u sabiex l-Ewropa taħdem biex ikun hemm Gvern stabbli fil-Libja sabiex is-sitwazzjoni tinnormalizza ruħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow