Left arrow Go Back

JUM DINJI GĦAD-DIJABETE F’GĦAWDEX

pr142603
Date Icon 06/11/2014

Diversi postijiet u monumenti madwar Għawdex, inkluż l-Isptar Ġenerali u l-Ministeru, se jinxtegħlu b’dawl kaħlani

Għall-ħames sena konsekuttiva, professjonisti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qegħdin itellgħu diversi attivitajiet biex ikun imfakkar il-Jum Dinji għad-Dijabete li jiġi ċċelebrat fl-14 ta’ Novembru.  F’jum bħal dan, diversi pajjiżi madwar id-dinja, inkluż Malta u Għawdex, jingħaqdu biex iqajmu kuxjenza dwar din il-kundizzjoni filwaqt li joffru s-sapport tagħhom lid-dijabetiċi.  Madwar wieħed minn kull għaxar Maltin ibati minn din il-kundizzjoni u l-inċidenza qegħda dejjem tiżdied. Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal, “Il-Jum Dinji għad-Dijabete huwa ċ-ċans tagħna biex niġġieldu din il-kundizzjoni u noħolqu iżjed għarfien biex nikkontrollawha.” Anton Refalo tenna li aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni jgħin biex persuna tkun kapaċi tgħix ħajja aħjar u fuq kollox  tħares lejn il-ħajja b’mod iktar pożittiv.

Il-Ministru Refalo rringrazzja lill-organizzaturi għall-impenn u x-xogħol ta’ fejda li qed jagħmlu u ħeġġeġ biex il-pubbliku jattendi l-attivitajiet li se jsiru. Il-Ministru rringrazzja lill-iskejjel, lill-kunsilli lokali, lil Arkadia Shopping Complex, The Duke Shopping Mall, Novo Nordisk, Sanofi, David’s Bakery u Benna li lkoll ingħaqdu f’dawn l-attivitajiet.  Anton Refalo tenna li l-Gvern huwa impenjat biex jgħin liċ-ċittadini jgħixu ħajja aħjar.

Dr Nadine Delicata, CEO tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qalet li l-Federazzjoni Internazzjonali għad-Dijabete tfakkar dan il-jum permezz tal-kulur ikħal.  Għalhekk il-ġimgħa d-dieħla, bejn it-13 u l-15 ta’ Novembru, diversi postijiet u monumenti madwar Għawdex, inkluż l-Isptar Ġenerali u l-Ministeru, se jinxtegħlu b’dawl kaħlani.  Dr Delicata elenkat diversi attivatijiet li se jsiru f’Għawdex bħal seminar fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex, testijiet tad-demm fl-Arkadia Shopping Complex, The Duke Shopping Mall u fl-Isptar Ġenerali.  F’attività oħra, kull tifel u tifla fil-Kulleġġ ta’ Għawdex se jtajru bużżieqa ta’ kulur kaħlani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow