Left arrow Go Back

XOGĦLIJIET LEJL U NHAR BIEX TISSOLVA L-PROBLEMA TA’ DRENAĠĠ LI TMUR LURA GĦEXIEREN TA’ SNIN

PR142592
Date Icon 05/11/2014

Minn nhar il-Ġimgħa li ġej, se jibdew xogħlijiet li se jibqgħu għaddejjin anke matul il-lejl, biex tissolva problema ta’ drenaġġ f’Ħal Lija li tmur lura għal għexieren ta’ snin.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi ħabbar li peress li f’dawn l-inħawi hemm xogħlijiet b’rabta mal-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar, u hemm problema kbira ta’ ilma ta’ drenaġġ li qed jidħol fil-mini mibnija taħt l-art, il-Gvern se jkun qed jieħu l-passi meħtieġa, għax jekk ma jsolvix il-problema tad-drenaġġ, il-proġett tal-għargħar ma jkunx jista’ jaħdem kif suppost.

Għaldaqstant, sakemm jitlestew ix-xogħlijiet, se tingħalaq it-triq ewlenija li minn ħdejn ir-rawndebawt ta’ Ħal Lija, tibqa’ sejra saċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.

Ix-xogħlijiet se jibqgħu għaddejjin, lejl u nhar, għal matul l-erba’ ġimgħat li ġejjin, u huwa ttamat li jekk ma jinqalgħux kumplikazzjonijiet, ikunu lesti sa qabel il-Milied.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura rrikonoxxa li dan ix-xogħol se joħloq inkonvenjent iżda jkun irresponsabbli jekk ma jittiħdux il-passi li hemm bżonn u qal ukoll li fl-aħħar mill-aħħar, il-poplu jifhem li dan se jkun qed isir biex igawdi kulħadd, kemm ir-residenti li ilhom jaraw problemi ta’ drenaġġ għal ħafna snin, kif ukoll il-pubbliku inġenerali li se jgawdi mill-proġett għat-taffija tal-għargħar.

Ix-xogħol jinvolvi t-tħaffir ta’ trinek fuq tul ta’ 200 metru u jinżel fond ta’ massimu ta’ żewġ sulari u għalhekk, żied jgħid il-Ministru, dan huwa xogħol li ma setax isir bit-toroq miftuħin minħabba perikli. Waqt li t-triq se tkun magħluqa, se jsiru xogħlijiet oħrajn, fosthom bdil ta’ bankini biex ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabilita.

Il-Ġimgħa filgħodu se jitwaħħlu tabelli fit-toroq biex jinformaw lill-pubbliku dwar id-devjazzjonijiet tat-traffiku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow