MV WIND SURF U MV DEUTSCHLAND F’GĦAWDEX
Fi spazju ta’ jumejn waslu f’Għawdex 830 passiġiera abbord cruise liners.
Il-Ħadd li għadda daħal f’Għawdex il-cruise liner MV Wind Surf operat minn Windstar Cruise bi 310 passiġiera abbord filwaqt li l-għada t-Tnejn daħal f’Għawdex il-cruise liner MV Deutschland operat minn Peter Deilmann Cruises b’520 passiġiera abbord.
Dawn il-wasliet ifissru aktar xogħol għan-negozji Għawdxin kif diġà tixhed iż-żieda fl-impjiegi f’diversi setturi tal-gżira Għawdxija fosthom il-lukandi u r-ristoranti. Minn din l-ispinta ekonomika jibbenefika kulħadd.
Il-Ministeru għal Għawdex jibqa’ impenjat biex itejjeb l-aċċessibbiltà u jsaħħaħ il-prodott turistiku biex aktar persuni jagħżlu lil Għawdex bħala destinazzjoni attraenti, anke fix-xhur tipikament kwieti bejn Novembru u April.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046