APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FONDI MINN GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI U GRUPPI T’APPOĠĠ
Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, qed jilqa’ applikazzjonijiet minn għaqdiet mhux governattivi u gruppi t’appoġġ għad-dispożizzjoni ta’ fondi li huma marbuta ma’ proġetti speċifiċi.
Il-fondi se jiġu provduti għas-sena 2015 biss.
Kopja tad-dokumenti ta’ informazzjoni jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Ministeru: http://msdc.gov.mt/en/Pages/NGO%20FUND/Voluntary-Organisations-Fund.aspx
L-applikazzjonijiet sottomessi għandhom isiru permezz ta’ formoli apposta li jinsabu inklużi fid-dokumentazzjoni.
L-applikazzjonijiet bl-informazzjoni kollha mitluba għandhom ikunu ffirmati u llegati u għandhom jiġu sottomessi għall-attenzjoni tas-Sja. Silvana Farrugia fir-reception desk tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Xatt il-Barriera, Il-Belt Valletta, sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Novembru 2014 f’12.00P.M.
Għandha tintbagħat ukoll kopja elettronika tal-applikazzjoni fl-indirizz silvana.a.farrugia@gov.mt
Applikazzjonijiet li jaslu tard jew li jkollhom informazzjoni nieqsa ma jkunux aċċettati.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046