IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, JINAWGURA ĠNIEN PATRI ĠWANN FRENDO, FIL-PIETA’
Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon, flimkien mas-Sindku s-Sur Keith Tanti, inawgura ġnien Patri Gwann Frendo, fil-Pieta’. Dan il-ġnien ġie inawgurat mill-ġdid wara li fih saru diversi xogħolijiet ta’ immodernizzar u tisbieħ. Dan il-proġett kien ko-finanzjat mill-Urban Improvement Fund (UIF) fi ħdan il-MEPA.
F’diskors qasir waqt din iċ-ċerimonja, fil-preżenza tas-Sindku Keith Tanti u diversi kunsilliera, l-Avukat Falzon qal li l-Kunsill kien qed ikollu diversi talbiet mir-residenti sabiex dan il-ġnien jiġi rranġat. Għalhekk, il-Kunsill, għamel xogħolijiet estensivi biex dan il-ġnien, li huwa mfittex ħafna mir-residenti, ġie rinovat. F’dan il-ġnien sar equipment mill-aktar modern, dawl ġdid, mini-pitch tal-football, ġiet installata cctv u ser ikun hemm ukoll aċċess b’xejn għal WIFI.
Dan kollu sar b’koperazzjoni sħiħa mal-MEPA li kkontribwiet finanzjarjament sabiex dan ix-xogħol kollu seta’ jsir.
L-Avukat Michael Falzon għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha nvoluti f’dan il-proġett, speċjalment lill-ħaddiema tal-Kunsill, li ħadmu bla heda u volontarjament biex dan ix-xogħol seta’ jkun possibbli. Huwa awgura li jkun hawn ħafna inizzjattivi oħra ta’ din ix-xorta fil-futur.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046