KONĊESSJONI GĦAL FTUĦ U L-OPERAT TA’ CASINO
Kjarifika
B’referenza għad-deċizjoni mħabbra din il-ġimgħa dwar il-konċessjoni għal ftuħ u l-operat ta’ Casino, il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar irid jippreċiża dan li ġej.
Il-Valur finanzjarju tal-proposta tal-proponent favorit kien sostanzjalment ogħla minn tal-proponenti l-oħrajn.
L-offerta finanzjarja ta’ darba li huwa aspett distint mill-valur finanzjarju tal-proposta, ma kien qatt il-fattur determinanti fid-deċizjoni dwar min għandu jkun il-proponent favorit. L-offerta finanzjarja huwa pagament ta’ darba filwaqt li l-valur finanzjarju jieħu inkonsiderazzjoni l-perjodu kollu tal-konċessjoni, u dan l-aspett kien magħmul ċar mill-bidu nett mal-proponenti kollha fir-risposti għal mistoqsijiet ta’ kjarifika mitluba mill-proponenti stess qabel ma ssottomettew il-proposti tagħhom.
Id-deċizjoni dwar min kien il-proponent favorit ittieħdet mill-Kumitat ta’ Evalwazzjoni u Aġġudikazzjoni (EAC) wara li kienu analizzati l-proposti kollha sottomessi u wara li ttieħdet inkonsiderazzjoni analiżi dettaljata ta’ sotto kumitat tekniku u ieħor finanzjarju.
Il-Gvern, kif diġà ħabbar, stieden lit-tieni l-aktar proponent favorit biex jidħol f’negozjati miegħu bl-eventwalità li tingħata t-tieni liċenzja għal Casino.
Din id-deċizjoni li l-Gvern jidħol f’negozjati bl-eventwalità li tingħata t-tieni liċenzja għal Casino, ittieħdet wara perijodu adekwat ta’ deliberazzjoni professjonali, fejn ittieħed inkonsiderazzjoni t-tkabbir ekonomiku f’terminu ta’ impjiegi, dħul akbar għall-Gvern u attività ekonomika fis-settur kummerċjali tad-divertiment f’reġjun ġeografiku partikolari f’Malta.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046