STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
PR142551
31/10/2014
Il-Gvern ħatar lis-Sur Ivan Falzon bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Isptar Mater Dei.
Is-Sur Falzon qed jieħu post is-Sur Joe Caruana li kienu ilu jservi f’din il-kariga għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs.
Il-Gvern kien talab lis-Sur Joe Caruana biex jestendi s-servizzi tiegħu f’Mater Dei għal sitt xhur oħra wara li ntemmlu l-kuntratt f’April li għadda.
Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne, jesprimu r-ringrazzjament tagħhom lis-Sur Joe Caruana għas-servizz siewi tiegħu matul l-aħħar snin.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046