Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI B’RISPOSTA GĦALL- KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET MINN JASON AZZOPARDI

pr142535
Date Icon 30/10/2014

Jason Azzopardi jagħmel allegazzjonijiet foloz biex jipprova jaħbi s-suċċessi li dan il-Gvern qed jikseb.

Jason Azzopardi għamel konferenza tal-aħbarijiet imsejsa fuq allegazzjonijiet foloz bl-għan li jipprova jaħbi s-suċċessi li qed jagħmel dan il-Gvern f’diversi oqsma, fosthom fl-għoti ta’ drittijiet ġodda, partikolarment wara li din il-ġimgħa ġie konkluż it-tieni qari tal-abbozz tal-liġi dwar id-dritt li membri ta’ Korpi Dixxiplinati jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom.

Dwar dan l-abbozz, l-Oppożizzjoni baqgħet ma weġbitx żewġ domandi sempliċi, jiġifieri jekk hix favur jew kontra din il-ligi fl-intier tagħha u x’kienet ir-raguni l-għala dan id-dritt ma kienx implimentat qabel minn diversi  Gvernijiet taħt tmexxija Nazzjonalista. 

Biex jipprova jaljena minn dawn in-nuqqasijiet li għadhom jippersistu sa issa minkejja li l-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-Oppożizzjoni, Jason Azzopardi ddeċieda li jagħmel konferenza tal-aħbarijiet mimlija konklużjonijiet foloz. 

Din it-tattika diġà rajnieh jużaha fil-Parlament meta qajjem Ksur ta’ Privileġġ kontra l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia, fuq fizzjali tal-Armata li fi żmien amministrazzjoni preċedenti kienu jintgħażlu biex jistudjaw barra mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet. Iżda L-Ispeaker tal-Kamra ddeċieda li l-Ministru Manuel Mallia ma kienx ħati ta’ ksur ta’ privileġġ.

Dwar l-allegazzjonijiet li ssemew illum, il-Ministru Manuel Mallia jispeċifika li hu qatt ma hedded lil xi membri tal-Korpi Dixxiplinati biex ma jagħtux informazzjoni lill-ġurnalisti iżda wissa kontra min jagħti informazzjoni li jkun akkwista minħabba l-pożizzjoni u l-kariga tiegħu, informazzjoni li jekk tiġi ppublikata fil-media tista’ xxekkel investigazzjonijiet kriminali. Dan hu protett bil-ligi wkoll. 

B’dan l-aġir irresponsabbli nkunu qed nheddu s-sigurtà ta’ pajjiżna u nnaqqsu l-potenzjal li jitkissru ċrieki ta’ kriminali.

Wieħed jistenna aġir aktar responsabbli minn membru tal-Oppożizzjoni. Jason Azzopardi missu jixtarr sew il-konsegwenzi tal-informazzjoni li jagħti fil-pubbliku qabel ma jagħmel konferenzi tal-aħbarijiet biex jerġa’ għal darba oħra jissemma fuq il-media. B’ċerta informazzjoni li jagħti jista’ juri immaturità politika, filwaqt li ma jkunx qed jaġixxi fl-aħjar interess tal-pajjiż. 

Dan il-Gvern qed joffri l-għodod kollha, inkluża l-liġi tal-whistleblower biex titnaqqas il-korruzzjoni u jinqabdu l-kriminali. Id-dikjarazzjoni ta’ Jason Azzopardi fejn ħawwad l-għan tal-whistleblower act mal-perikli li jista’ jkollha s-sigurtà ta’ pajjiżna meta membri tal-pulizija jillikjaw informazzjoni kunfidenzjali, ma tagħmilx sens u m’għandha x’taqsam xejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow