AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott hawn taħt imsemmi m’għandux ikun ikkunsmat minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bil-kimika aluminium phosphide, li tista tkun velenuża.
Deskrizzjoni tal-Prodott: Fażola kannella
Ditta: Nigeria Taste
Deskrizzjoni tal-maħfen u l-Użin: Boroż tal-plastik ta’ kilo, kilo u nofs u erba’ kilos
Numru tal-Lott: Il-lottijiet kollha
Wara li uffiċjali tal-Ispettorat ma setgħux jintraċċaw l-importaturi lokali, dan id-Direttorat huwa fid-dmir illi jinforma lill-publiku dwar dan il-periklu.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/department_for_env_health.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046