Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

PR142521
Date Icon 29/10/2014

Jekk hawn xi ħadd li f’pajjiżna m'għandux kredenzjali li jitkellem dwar l-Air Malta huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit li jirrappreżenta. Fi żmien amministrazzjoni twila preċedenti, il-linja tal-ajru ġiet f'xifer il-falliment u għalhekk kellu jsir il-pjan ta' ristrutturar mal-Kummissjoni Ewropea.

B’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata llum mill-Oppożizzjoni, il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis jirrimarka li mhux minnu xejn li l-Gvern qed jagħmel xi indħil politiku fl-Air Malta, anzi qatt ma kien hemm żmien li l-Air Malta tħalliet taħdem bil-mod seren  li qiegħda taħdem bih illum. Dan jixhduh l-istess numru ta' ħatriet li saru fl-Air Malta ta' persuni kompetenti li ċertament mhumiex magħrufa bħala qrib il-Partit fil-Gvern.

L-Oppożizzjoni mhijiex kredibbli xejn lanqas meta titkellem dwar mistoqsijiet parlamentari għaliex il-fatti juru li dwar il-futur tal-Air Malta diġà ġew imwieġba diversi domandi parlamentari mill-Ministru.

L-Oppożizzjoni jsejjaħ kriżi bħal dik tal-Libja bħala skuża. Iżda hu fatt magħruf li r-rotta tal-Libja għall-Air Malta tfisser telf ta' miljun ewro fix-xahar.

Dan il-Gvern m'għandu xejn x'jaħbi. Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta' lbieraħ, bil-konferenza tal-aħbarijiet li segwiet, huwa eżempju ta' management serju u trasparenti li ma kienx jeżisti taħt Gvern preċedenti, tant li kien il-kelliem tal-Oppożizzjoni stess Robert Arrigo li f'April 2013, esprima r-riservi tiegħu dwar il-management tal-Air Malta taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

L-Oppożizzjoni trid iddaħħal il-politika partiġjana f’kollox u għalhekk ma tatx każ l-appell taċ-Chairperson tal-Air Malta Maria Micallef biex ħadd ma jagħmel mil-linja tal-ajru ta’ pajjina ballun politiku.

Il-Gvern jibqa' determinat li jwassal lill-Air Malta biex issaħħaħ il-management tagħha, jasal għat-tragwardji mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-Pjan ta' ristrutturar u jagħmel mill-Air Malta linja tal-ajru rilevanti fil-Mediterran u anke fuq livell Ewropew.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow