Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA’ MALTA, MARIE LOUISE COLEIRO PRECA TILTAQA’ MA' RAPPREŻENTANTI MILL-EUROPEAN CANCER ORGANISATION (ECCO)

pr142506
Date Icon 28/10/2014

Bħala parti mill-impenji tagħha matul iz-żjara li qiegħda tagħmel ġewwa l-Belġju, Marie Louise Coleiro Preca, il-President ta’ Malta, kellha laqgħa ma’ l-organizazzjoni Ewropea tal-Kanċer, ECCO. F’din il-laqgħa, il-President iltaqgħet mal-President tal-ECCO, Dr. Martine Piccart, mas-sinjur Michel Ballieu, CEO kif ukoll mas-sinjura Davi Kaur, li hija Head of Unit kif ukoll parti mit-tim tal-managementtal-istess ECCO.

ECCO hija organizazzjoni li tipprovdi pjattaforma koeżiva għall-organizazzjonijiet tal-Kanċer biex jaħdmu flimkien sabiex jitjiebu l-eżiti tal-pazjenti tal-kanċer, u biex tkun il-vuċi kollettiva tal-professjonisti Ewropej li jaħdmu fis-settur tal-Onkoloġija meta jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ politika komuni.

Permezz tal-erbgħa u għoxrin Soċjetajiet Membri tagħha - li jirrappreżentaw iktar minn 60,000 professjonist - ECCO hija l-unika organizazzjoni multidipplixxinarja li tgħaqqad u tirrispondi għall-partijiet interessati fl-onkoloġija madwar l-Ewropa kollha.

Waqt din il-laqgħa il-President ta Malta, tat spjegazzjoni qasira tal-pilastri ta’ ħidma soċjali tal-Presidenza; il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjeta, il-Malta Community Chest Fund kif ukoll l-għajnuna u is-sapport lill-għaqdiet mhux governattivi. Hija tenniet li filwaqt li se tissaħħaħ l-għajnuna finanzjarja li tingħata lil dawk kollha morda, tixtieq li l-istakeholders kollha f’Malta jiġu flimkien biex is-servizzi li jingħataw ikomplu jiġu msaħħa fl-aħjar interess ta’ dawk milquta mill-Kanċer u mard serju ieħor.

Iż-żewġ naħat ftehmu li ser jesploraw modi kif ser jaħdmu flimkien sabiex il-miri tal-presidenza f’dan ir-rigward jiġu milħuqa. Minn naħa tagħha, il-President tal-ECCO, Dr. Martine Piccart saħqet li hija lesta biex issir taf aktar fuq is-sitwazzjoni tal-kanċer f’Malta, biex tkun tista tgħin bl-aqwa mod possibli.

Matul din il-laqgħa, il-President ta’ Malta kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha, is-Sur Edgar Preca u mill-Ambaxxatur Malti għar-Renju tal-Belġju, Ray Azzopardi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow