Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-BATTERINA: WASAL IŻ-ŻMIEN LI NIMXU ’L QUDDIEM F’KONFORMITÀ MAL-PJAN NAZZJONALI TAL-ISKART – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr142495
Date Icon 27/10/2014
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat beda biex faħħar lill-WasteServ u l-parteċipanti kollha għall-istorja ta' suċċess li għamlu bil-Kampanja tal-Batterina. Bis-saħħa t’hekk tqajmet kuxjenza akbar dwar ir-rimi tal-batteriji. Huwa qal li n-numru rekord ta’ kilogrammi ta’ batteriji wżati miġbura mill-iskejjel kif ukoll in-numru rekord ta' skejjel li pparteċipaw tikkonferma l-popolarità ta' din il-kompetizzjoni.
Il-Ministru ħabbar li wasal iż-żmien biex ikun hemm l-involviment tal-pajjiż kollu fuq din l-issue, sabiex inkunu konformi ma' dak li l-Pjan Nazzjonali tal-Iskart jistenna minna lkoll. Huwa qal li fil-ġejjieni qrib - ġaladarba l-problemi tal-eko kontribuzzjoni jiġu indirizzati – id-Direttiva tal-Batteriji titlob li kampanji bħal dawn ikunu r-responsabbiltà tal-produtturi tal-batteriji u mhux ta' Kumpanija li tkun proprjetà tal-Gvern, kif inhu ddikjarat fil-Pjan Nazzjonali tal-Iskart.
Huwa tenna li l-Pjan jenfasizza li kwalunkwe ġbir għandu jkun f'konformità mal-obbligi legali pprovduti mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll li d-direttivi responsabbiltà tal-produttur, l-operaturi ta' batteriji - inklużi dawk li jimportaw u jqegħdu l-batteriji fis-suq Malti - għandhom iwaqqfu s-sistemi meħtieġa ta' ġbir ta’ batteriji.
Il-Ministru qal li huwa ttamat li s-settur privat jirrispondi b'mod pożittiv għal din l-istedina meta tqum l-opportunità. Dan qed jsir bil-għan li jaraw li tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali tal-batteriji u akkumulaturi sabiex iwassal għall-ambjent b'saħħtu.
“Mingħajr il-kontribut validu ta’ dawk li pparteċipaw ma konniex naslu għall-istadju li qegħdin fih bħalissa, pero issa wasal iż-żmien biex nibdew nippreparaw għall-qabża kbira f'dan is-settur importanti” temm jgħid il-Ministru Leo Brincat.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija WasteServ Malta is-Sur Tonio Montebello, d-Deputat Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza tal-Bulgaria s-Sinjura Vanya Kastreva u rapreżentant għoli tal-kumpanija VJ Salomone.

pr142495a.pdfpr142495a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow