WIRJA FIL-QORTI L-ANTIKA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM EWROPEW DWAR IL-ĠUSTIZZJA
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa, Heritage Malta u r-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, qed jorganizza esebizzjoni u open day fil-Palazz Kastellanija fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew dwar il-Ġustizzja.
Il-Palazz Kastellanija kien inbena mill-Granmastru Pinto biex jservi ta’ Qorti. Fil-fatt hawnhekk insibu l-iskultura li bosta drabi tintuża meta wieħed jirreferi għal Qrati: dik ta’ Astrea (Lady Justice).
Din is-sena l-Ministeru tella’ esebizzjoni ddedikata għall-mibki Prim Imħallef Emeritu Hugh Harding li ħalla din il-ħajja din is-sena. Din l-esebizzjoni flimkien ma’ tours gwidati tal-Palazz Kastellanija ser jinfetaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 25 ta’ Ottubru bejn id-9 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija. It-tours gwidati ser isiru kull siegħa u ser jinkludi tours għal partijiet li normalment ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046