DAN IL-GVERN SE JIBQA’ JAGĦTI KAS TAN-NIES
pr142458
24/10/2014
Minflok ħarġet tiftaħar dwar kemm żdiedu l-prezzijiet bejn l-2008 u l-2013, l-Oppożizzjoni messha talbet skuża lill-Maltin u Għawdxin talli meta kienet fil-Gvern, minflok naqset l-inflazzjoni, poġġiet piżijiet żejda fuq il-familji u n-negozji.
L-aħħar stħarriġ tal-Eurobarometer juri li, filwaqt li taħt amministrazzjoni preċedenti kienu 63% tal-familji Maltin inkwetati fuq l-għoli tal-ħajja, illum iċ-ċifra naqset għal 26%.
Filwaqt li din is-sena ġiet reġistrata rata ta’ għoli tal-ħajja ta’ 0.3%, l-inqas rata fl-aħħar 30 sena, il-medja tal-inflazzjoni fil-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti kienet ta’ 2.6%. Dan ifisser li taħt din l-amministrazzjoni, l-piż tal-inflazzjoni fuq bwiet in-nies naqas bi kważi disa’ darbiet meta mqabbel mal-medja tal-għoli tal-ħajja fl-aħħar 5 snin.
Iċ-ċifri juru li Tonio Fenech huwa l-ministru li l-aktar ħalla l-inflazzjoni togħla b’mod esaġerat u ferm aktar minn dak li kien qed jiġri fil-pajjiżi ta’ madwarna. Tonio Fenech kien ukoll l-ewwel ministru tal-finanzi fl-istorja ta’ Malta li ried jintaxxa lill-persuni fuq il-minimum wage. Kien ukoll parti mill-Gvern li kien jgħid li l-faqar huwa perċezzjoni u li l-qgħad fost iż-żgħażagħ ma jeżistix.
Dan il-Gvern m’huwiex insensittiv bħal ta’ qablu. Wara li daħlu fis-seħħ diversi miżuri li tefgħu aktar flus fil-but, l-aktar bir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-istabbilita’ fil-prezzijiet tal-fuel, fil-budget li ġej il-Gvern se jkompli jibni fuq dak ippreżentat is-sena li għaddiet billi jibqa’ jagħti każ tan-nies bieżla u l-bżonnijiet tagħhom.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046