Left arrow Go Back

GRAND OPERATIC CONCERT 2014 MILL-FONDAZZJONI CLASSIQUE

pr142448
Date Icon 23/10/2014

Il-Fondazzjoni Classique hija Fondazzjoni mhux għas-skop ta’ profit, li l-għan prinċipali tagħha hu li tippromwovi l-kultura billi torganizza kunċerti mużikali minn żmien għal żmien. Fis-snin li għaddew din il-Fondazzjoni organizzat b’suċċess kbir kunċerti bħal: Celebrity Concert (2000), Verdi in Concerti (2001), Le Villi (2002), Celebrity Concert 2003 (2003), Puccini 150 – Anniversary Concert (2008), u Grand Operatic Concert (2011).

Wara s-suċċess kbir li kiseb il-kunċert Grand Operatic Concert fis-sena 2011, il-Fondazzjoni  Classique se tippreżenta kunċert ieħor f’din is-serje – Grand Operatic Concert 2014.  Dan il-kuncert ser jittella’ is-Sibt 8 ta’ Novembru 2014 fis-7.30 ta’ filgħaxija ġewwa it-Teatru tal-Opra Aurora, Victoria, Għawdex u se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo iltaqa’ ma’ Joseph Debrincat id-direttur artistiku u mużikali tal-Fondazzjoni fejn ippreżentalu ċekk bħala għajnuna mill-Ministeru għal Għawdex lill-entitajiet non-governattivi.  Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsostni u jħeġġeġ titjib fil-prodott Għawdxi sabiex ikompli jiżviluppa u jikber is-settur turistiku f’Għawdex anki f’dan iż-żmien tas-sena.

Il-management tal-Fondazzjoni ħaseb sabiex jingaġġa żewġ kantanti ta’ fama internazzjonali: is-sopran Norman Fantini u t-tenur Luciano Ganci.  It-tnejn li huma kantaw f’teatri importanti madwar id-dinja fosthom il-Metropolitan Opera House (New York), ROH Covent Garden (Londra), Wiener Staatsoper (Vjenna), u Teatro alla Scala (Milan) fost l-oħrajn. Se tieħu sehem ukoll l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali li għal darb’oħra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Joseph Debrincat.

F’dan il-kunċert se jiġu esegwiti arji u dwetti mill-aktar opri famużi ta’ Verdi, Puccini, Boito, Donizetti, Giordano, Catalani, u Ponchielli. Se jiġu interpretati wkoll mużika orkestali mill-opri, sinfoniji u ballet.

Dan il-kunċert qed jiġi sponsorjat prinċiparjament mill-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ għajnuniet oħra minn diversi ministeri u entitajiet privati oħra. Il-Fondazzjoni tagħti numru konsiderevoli ta’ biljetti b’xejn lill-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-mużika kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow