STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
pr142420
20/10/2014
Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa qiegħed jippublika l-ittra li għamel referenza għaliha l-Ministru Konrad Mizzi llejla fil-Parlament b’rabta ma’ kuntratt li ingħata mill-amministrazzjoni preċedenti b’feed-in tariff għolja, b’valur totali ta’ €35 miljun li jorbot lill-pajjiżna għal 25 sena.
Il-kuntratt ta’ €35 miljun huwa dwar l-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi fuq bini pubbliku u li fuqu kellha tiħallas feed-in tariff ta’ €0.23 meta l-feed-in tariff kellha tkun ta’ €0.16.
L-ittra li qed tiġi ppublikata hija maħruġa mill-Bank Bancaja fejn qed tinnotifika li l-kumpanija SOLARIG u s-sussidjarji tagħha għandhom likwidità biżżejjed biex tkun tista’ tidħol għal kuntratt dwar il-panelli fotovoltajiċi. Din l-ittra iżda ma tinkludix firma u l-Bank ma jistax jikkonferma li din l-ittra qatt ma setgħet inħarġet mingħajr firma minn dan il-bank.
Dokument anness huwa ittra mhux iffirmata maħruġa mill-Bank Bancaja.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046
pr142420a.pdf