Left arrow Go Back

L-ORGANIZAZZJONI NISA LABURISTI JAGĦMLU ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI

pr142415
Date Icon 20/10/2014

Aktar kmieni matul il-jum, l-iSpeaker Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Eżekuttiv tal-Organizazzjoni Nisa Laburisti.

Matul il-laqgħa, l-iSpeaker fakkar li pajjiżna kien minn dejjem fuq quddiem fl-involviment tal-mara, tant li l-Parlament Malti kellu l-ewwel Ministru mara fl-1955,  is-Sinjorina Agatha Barbara, li wkoll kienet  l-ewwel mara bħala President tar-Repubblika fl-1981.  L-iSpeaker irrefera wkoll għall-ewwel Speaker mara tal-Kamra tad-Deputati, Miriam Spiteri Debono, tul il-leġislatura 1996 – 1998.

Huwa semma d-diffikultajiet li tiffaċċja l-mara fil-politika maltija u tenna li taħt il-presidenza tieghu, ser tkun qed tinżamm konferenza f’pajjiżna  dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Din il-konferenza ser tkun qed tiġi organizzata flimkien mal-ODIHR( l-uffiċċju dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fi ħdan l-OSCE), il-Kummissarju Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza u l-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa f’Malta.

Waqt l-istess laqgħa, l-iSpeaker qal  ukoll li  l-Parlament Malti għandu jkun family friendly u dan iseħħ b’emendi  fl-istanding orders sabiex il-Parlament jiltaqa’ f’ħinijiet aktar adekwati għall-ħtiġijiet tal-familja ta’ llum.

L-Eżekuttiv tal-Organizazzjoni Nisa Laburisti kien imexxi mill-President tal-Eżekuttiv Claudette Abela Baldacchino.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow