Left arrow Go Back

IMNIEDI PERJODU TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI LOKALI

pr141897
Date Icon 27/08/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, ħabbru l-ftuħ ta’ perjodu ta’ konsultazzjoni dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali wara li f’pajjiżna qam dibattitu dwar meta għandhom isiru dawn l-elezzjonijiet.

Dr Owen Bonnici spjega li fl-istorja ta’ pajjiżna mhux l-ewwel darba li ġew posposti elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Gvern preċedenti kien daħħal emendi fil-liġi li bihom effettivament l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali ġew posposti b’mod li flok isiru kull sena, dawn isiru kull sentejn. 

Hu żied jgħid li issa l-Gvern qed jistieden l-ideat tal-istakeholders u l-pubbliku ġenerali dwar jekk għandhomx jiċċaqalqu l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali biex isiru kull ħames snin flimkien mal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew.

Dr Buontempo stqarr li l-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna. Fuq hekk m’hemm ebda dubju u jeżisti qbil unanimu fil-Parlament fuq din il-ħtieġa.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni se jibda fis-27 ta’ Awwissu u jintemm fis-27 ta’ Settembru, 2014. 

Waqt dan il-perjodu, il-Ministru Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, se jkunu qed jiltaqgħu ma’ għadd ta’ entitajiet kruċjali f’dan is-settur, fosthom il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali, il-fergħa li tirrappreżenta lill-Kunsilliera Lokali tal-Alternattiva Demokratika, il-fergħa li tirrappreżenta lill-Kunsilliera Lokali tal-Partit Laburista, il-fergħa li tirrappreżenta lill-Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll mar-rappreżentanti żgħażagħ tal-VOT16.

Għal din il-konsultazzjoni tnieda l-indirizz elettroniku elezzjonijietlokali.mjcl@gov.mt filwaqt li l-proposti jistgħu jintbagħtu wkoll permezz tal-posta fuq 30, Triq it-Teżorerija l-Antika, Valletta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow